STEDIN TAL-AWTURI FL-ISKEJJEL
STEDIN TAL-AWTURI FL-ISKEJJEL
Wise Owl Publications tgħin biex l-istudenti jiltaqgħu mal-awturi popolari Maltin li jippubblikaw ma’ Wise Owl.
Kif torganizza attività fl-iskola ma’ kittieb Malti:
Ibgħat email fuq infowiseowlmalta@gmail.com b’dawn id-dettalji:
Attività li tixtieq
Awtur/i li tixtieq tistieden
Għal liema klassijiet hija indirizzata l-attività
Data u ħin
Preparazzjoni:
Ħeġġeġ lill-istudenti jagħmlu ftit riċerka fuq l-awtur mistieden u anki jippreparaw xi mistoqsijiet li jixtiequ jistaqsu.
Ħeġġeġ lill-istudenti jordnaw (mil-lista ta’ taħt) xi kotba tal-awtur mistieden biex wara jiġu ffirmati mill-awtur stess.
Ibgħat minn ġranet qabel l-ordni tal-kotba li jkunu ordnaw l-istudenti fuq l-email infowiseowlmalta@gmail.com
F’jum l-attività
Ara li kollox ikun ippreparat għaż-żjara tal-awtur.
L-awtur għandu jiġi milqugħ bil-mertu u r-rispett li jistħoqqlu u mwassal fil-klassi/sala fejn se ssir l-attività.
Waqt l-attività għandu jkun hemm l-għalliema preżenti.
Jekk se tintuża sala, ara li jkun hemm mejda u siġġu fejn l-awtur jista’ jiffirma l-kotba li ordnaw l-istudenti.